1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 — EMA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-116/11) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002/2006) - Kuntratti Dicoems u Cocoon - Nuqqas ta’ konformità mal-istipulazzjonijiet kuntrattwali ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Rexissjoni ta’ kuntratti - Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa - Danni - Kontrotalba - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Arrikkiment indebitu - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li jidħol fl-ambitu ta’ kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa inseparabbli - Nota ta’ debitu - Inammissibbiltà)
2014/C 31/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Association médicale européenne (EMA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Franchi u L. Picciano, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba prinċipali intiża, l-ewwel nett, għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 507126 dwar il-proġett Cocoon u l-kuntratt Nru 507760 dwar il-proġett Dicoems, konklużi rispettivament fis-7 u d-19 ta’ Diċembru 2003 bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti, it-tieni nett, sabiex tiġi ddikjarata illegali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu rexissi l-imsemmija kuntratti, it-tielet nett, sabiex tiġi annullata n-nota ta’ debitu korrispondenti u, r-raba’ nett, li jitħallas kumpens għad-dannu subit kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba sussidjarja bbażata fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors tal-Association médicale européenne (EMA) huwa milqugħ sa fejn jirrigwarda r-rimbors tal-ispejjeż diretti tal-persunal marbuta mal-kuntratti Cocoon u Dicoems ta’ ammont ta’ EUR 17 231,28 kif ukoll l-ispejjeż indiretti u relatati li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-imsemmija kuntratti.
(2)
Il-kumplament tar-rikors tal-EMA huwa miċħud.
(3)
Il-kontrotalba tal-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-116/11 R.
(1) ĠU C 120, 16.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy