8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Gossio vs Il-Kunsill
(Kawża T-130/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 164/27
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marcel Gossio (Abidjan, Il-Côte d’Ivoire) (rappreżentanti: inizjalment G. Collard sussegwentement S. Zokou, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J.-P. Mignard, J.-P. Benoit u G. Merland, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Marcel Gossio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 130, 30.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy