18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — Clorox vs UASI — Industrias Alen (CLORALEX)
(Kawża T-135/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLORALEX - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CLOROX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu (8)(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 250/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: The Clorox Company (Oakland, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Chaudri, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Industrias Alen SA de CV (Nuevo León, il-Messiku) (rappreżentant: J. Astiz Suárez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 521/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Clorox Company u Industrias Alen SA de CV.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Settembru 2010 (Każ R 521/2009-4), hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn The Clorux Company.
(3)
Industrias Alen SA de CV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy