9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2012 — vs UASI — Pelikan (pelikan)
(Kawża T-136/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva pelikan - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ mala fede mill-applikant - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 38/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: s.r.o. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: M. Chlipala, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1428/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn s.r.o. u Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
P s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 139, 07.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy