7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft vs UASI — Comercial Jacinto Parera (MAD)
(Kawża T-152/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva MAD - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti f’elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009)
2012/C 200/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M.-H. Hoffmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Comercial Jacinto Parera, SA (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 449/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH u Comercial Jacinto Parera, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
TMS Trademark Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 139, 07.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy