27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2012 — Since Hardware (Guangzhou) vs Il Kunsill
(Kawża T-156/11) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw miċ-Ċina - Bidu ta’ proċedura kontra kumpannija waħda - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Terminu ta’ tliet xhur previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Oneru tal-prova - Determinazzjoni tad-dannu)
2012/C 331/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd (Canton, iċ-Cina) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Thomas u H. van Vliet, aġenti); Vale Mill (Rochdale) Ltd (Rochdale, ir-Renju Unit); u Colombo New Scal SpA (Rovagnate, l-Italja) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1243/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti mill-kumpannija Since Hardware (Guangzhou) Co. Ltd (ĠU L 338, p. 22).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Vale Mill (Rochdale) Ltd u Colombo New Scal SpA.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 120, 16.4.2011.
Full & Egal Universal Law Academy