16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2013 — Marszałkowski vs UASI — Mar-Ko Fleischwaren (WALICHNOWY MARKO)
(Kawża T-159/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WALICHNOWY MARKO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MAR-KO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 79/24
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Marek Marszałkowski (Sokolniki, il-Polonja) (rappreżentant: C. Sadkowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Zajfert u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG (Blankenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Jannar 2011, (Każ R 760/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG u Marek Marszałkowski.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Marek Marszałkowski huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 145, 14.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy