27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 — Reddig vs UASI — Morleys (Manku ta’ sikkina)
(Kawża T-164/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Manku ta’ sikkina - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell)
2012/C 331/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Reddig GmbH (Drebber, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Morleys Ltd (Preston, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Stein, M. Terbach, avukati, u E. Gunaratnam, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1072/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Morleys Ltd u Reddig GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Reddig GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 152, 21.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy