21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam vs UASI — Investimust (COLLEGE)
(Kawża T-165/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLLEGE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 217/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. van Leeuwen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Investimust SA (Genève, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 508/2010-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam u Investimust SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Stichting Regionaal Opleidingencentrum van Amsterdam huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy