26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 — Hopf vs UASI (Clampflex)
(Kawża T-171/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clampflex - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7 (1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 26/81
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hans-Jürgen Hopf (Zirndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Mensing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1514/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Clampflex bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1514/2010-4) hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti “siringi”.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Hans-Jürgen Hopf għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 145, 14.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy