3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/67
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2013 — Voss of Norway vs UASI — Nordic Spirit (Forma ta’ flixkun ċilindriku)
(Kawża T-178/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ flixkun ċilindriku - Raġuni assoluta għal rifjut)
2013/C 225/149
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Voss of Norway ASA (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Melgar, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Nordic Spirit AB (publ) (Stokkolma, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 785/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nordic Spirit AB (publ) u Voss of Norway ASA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Voss of Norway ASA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 145, 14.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy