30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2012 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-184/11 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Miżuri dixxiplinari - Proċeduri dixxiplinari - Revoka filwaqt li jinżammu d-drittijiet għal pensjoni ta’ rtirar - Artikoli 22a u 22b tar-Regolamenti - Rekwiżit ta’ preċiżjoni tal-appell - Aggravju ġdid - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Nuqqas ta’ obbligu li jiġi rrilevat ex officio aggravju bbażat fuq ksur ta’ terminu raġonevoli)
2012/C 194/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u P.-F. Onimus, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, J. Vermer et K. Zavřelová, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-13 ta’ Jannar 2011, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-77/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiza sabiex tannulla din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 179, 18.6.2011.
Full & Egal Universal Law Academy