3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/68
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2013 — Trabelsi et vs Il-Kunsill
(Kawża T-187/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Rikors għad-danni - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà)
2013/C 225/150
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mohamed Trabelsi, Ines Lejri, Moncef Trabelsi, Selima Trabelsi u Tarek Trabelsi (rappreżentanti: inizjalment A. Metzker, sussegwentement A. Tekari, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement G. Étienne, M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Repubblika tat-Tuneżija (rappreżentant: W. Bourdon, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 40), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Mohamed Trabelsi.
(2)
L-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/79 fir-rigward ta’ Mohamed Trabelsi huma miżmuma sal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-appell kontra l-preżenti sentenza jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell f’dan it-terminu, saċ-ċaħda tiegħu.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Mohamed Trabelsi, Ines Lejri, Moncef Trabelsi, Selima Trabelsi u Tarek Trabelsi, inklużi l-ispejjeż relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(5)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 152, 21.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy