9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2013 — Yordanov vs UASI — Distribuidora comercial del frio (DISCO DESIGNER)
(Kawża T-189/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DISCO DESIGNER - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti DISCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 71/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Peter Yordanov (Rousse, il-Bulgarija) (rappreżentant: T. Walter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u A. Pohlmann, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Distribuidora comercial del frio, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Jannar 2011 (Każ R 803/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Distribuidora comercial del frio, SA u Peter Yordanov.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Peter Yordanov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy