3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/69
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2013 — Al Matri vs Il-Kunsill
(Kawża T-200/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Nuqqas ta’ bażi legali)
2013/C 225/152
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fahed Mohamed Sakher Al Matri (Doha, il-Qatar) (rappreżentanti: M. Lester, barrister, u G. Martin, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Gurov, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti) u Ir-Repubblika tat-Tuneżija (rappreżentant: W. Bourdon, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 40), it-tieni nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (ĠU L 27, p. 11), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lil Fahed Mohamed Sakher Al Matri.
(2)
L-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2011/79 fir-rigward ta’ Fahed Mohamed Sakher Al Matri huma miżmuma sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 101/2011 sa fejn dan jikkonċerna lil Fahed Mohamed Sakher Al Matri.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-kumplament tar-rikors.
(4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Fahed Mohamed Sakher Al Matri.
(5)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 160, 28.5.2011.
Full & Egal Universal Law Academy