28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/15
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — EyeSense vs UASI — Osypka Medical (ISENSE)
(Kawża T-207/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ISENSE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EyeSense - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 126/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EyeSense AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea aġent)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Osypka Medical GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Frar 2011, (Każ R 1098/2010-4) rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EyeSense AG u Osypka Medical GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
EyeSense AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 02.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy