10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/6
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — MB System vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-209/11) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria taħt il-forma ta’parteċipazzjoni siekta minn impriża pubblika - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti dwar l-istess proċedura - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat - Kunċett ta’ intrapriżi f’diffikultà - Kalkolu tal-komponent tal-għajnuna - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 233/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Brüggen u C. Geiert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/471/UE tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria (C-38/05 (ex NN 52/04) (ĠU 2011, L 195, p. 55).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
MB System GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 186, 25.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy