3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/69
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Otero González vs UASI — Apli-Agipa (AGIPA)
(Kawża T-219/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AGIPA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AGIPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Tqabbil tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/153
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: José Luis Otero González (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apli-Agipa SAS (Dormans, Franza) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Jannar 2011 (Każ R 556/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Jannar 2011 (Każ R 556/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS hija annullata, sa fejn din tiċħad l-appell ta’ José Luis Otero González u tagħti lil Apli-Agipa r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali AGIPA għar-“Ritratti; Adeżivi għal skopijiet ta’ kartolerija jew domestiku; Pniezel taż-żebgħa; Oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara); Materjal istruttiv u għat-tagħlim (minbarra apparat); Materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra); Tipa tal-istampar; Inċiżjonijiet tal-istampar”, li jaqgħu fil-klassi 16 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn José Luis Otero González.
(4)
Apli-Agipa għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 194, 2.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy