27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 — TeamBank vs UASI — Fercredit Servizi Finanziari (f@ir Credit)
(Kawża T-220/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva f@ir Credit - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FERCREDIT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 331/39
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kiphuth, H. Lindner u D. Terheggen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Manea u G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fercredit Servizi Finanziari SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Petrocchi, A. Masetti Zannini de Concina u R. Cartella, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2011 (Każ R 719/2010-1), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fercredit Servizi Finanziari SpA u TeamBank AG Nürnberg.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
TeamBank AG Nürnberg hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 2.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy