1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Siemens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-223/11) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt dwar is-self ta’ materjali fissili intiżi għas-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Interessi moratorji”))
2014/C 292/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Siemens AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Risse, R. Harbst u H. Haller, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u A. Krämer, avukati)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lura l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tar-reċiklaġġ ta’ materjali fissili, sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru AG 2052, dwar is-self ta’ materjali fissili intiżi għas-sit ta’ Ispra (l-Italja) taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tagħha, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Siemens AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 02.07.2012
Full & Egal Universal Law Academy