13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI — Anson’s Herrenhaus (BERG)
(Kawża T-225/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BERG - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 108/59
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Krenzel, sussegwentement T. Stein u A. Segler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Frar 2011 (Każ R 740/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anson’s Herrenhaus KG u Caventa AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 02.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy