23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2013 — Lidl Stiftung vs UASI — Lactimilk (BELLRAM)
(Kawża T-237/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BELLRAM - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti RAM u Ram - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Artikolu 63(2), Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 - Termini għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni)
2013/C 55/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG. (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Träger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lactimilk, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1154/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lactimilk, SA u Lidl Stiftung & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 204, 09.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy