21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-239/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament”))
(2019/C 25/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sigma Alimentos Exterior, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Morillo Méndez u M. Ferre Navarrete, sussegwentement A. Morillo Méndez, J. Igual Gorgonio u C. Cañizares Pacheco, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, sussegwentement R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sigma Alimentos Exterior, SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 204, 9.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy