3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/70
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2013 — International Engine Intellectual Property Company vs UASI (PURE POWER)
(Kawża T-248/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PURE POWER - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/154
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: International Engine Intellectual Property Company, LLC (Warrenville, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Thomas u B. Reiter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2011 (Każ R 2310/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PURE POWER bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 211, 16.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy