9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-251/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Għajnuna għall-impriżi li jikkonsmaw livell għoli ta’ enerġija - Liġi Awstrijaka dwar l-elettriku aħdar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Natura selettiva - Regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa - Eċċess ta’ poter - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2015/C 046/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, J. Bauer, aġenti, assistiti minn T. Rabl, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, sussegwentement T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u S. Ossowski, sussegwentement S. Behzadi-Spencer u L. Christie, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/528/UE, tat-8 ta’ Marzu 2011, dwar miżura ta’ għajnuna mill-Istat C 24/09 (ex N 446/08) – Għajnuna mill-Istat lin-negozji konċentrati fl-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija Ekoloġika fl-Awstrija (ĠU L 235, p. 42).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 232, 6.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy