13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Frar 2015 – Pangyrus vs UASI – RSVP Design (COLOURBLIND)
(Kawża T-257/11) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLOUBLIND - Sinjal verbali COLOURBLIND - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu fil-ħajja kummerjċali ta’ sinjal li l-portata tiegħu hija biss lokali - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 118/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pangyrus Ltd (York, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Clubb, solicitor, u M. Lindsay, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: RSVP Design Ltd (Brookfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Blair, sussegwentement minn J. MacKenzie, solicitors)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Marzu 2011 (Każ R 751/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pangyrus Ltd u RSVP Design Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pangyrus Lts hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 16.07.2011
Full & Egal Universal Law Academy