3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/70
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 — T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-279/11) (1)
(Agrikultura - Miżuri eċċezzjonali li jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota u li jiftħu kwota tariffarja - Rikors għal annullament - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni)
2013/C 225/155
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: T & L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit); u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Rossi u A. Demeneix, sussegwentement minn P. Rossi, A. Demeneix u N. Donnelly, u finalment minn P. Rossi u P. Ondrůšek, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sitbon u A. Westerhoff Löfflerová, aġenti); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues et C. Candat, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011, tat-3 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU L 60, p. 6), tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2011, tat- 23 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor ’il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed (ĠU L 79, p. 8), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011, tat-28 ta’ Marzu 2011, li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU L 81, p. 8) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (ĠU L 104, p. 39) u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu mġarrba.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011, tat-3 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2011, tat-23 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011, tat-28 ta’ Marzu 2011, li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji.
(2)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda sa fejn tikkonċerna t-talba ta’ kumpens għad-danni mġarrba.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 232, 6.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy