30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2012 — Ewald vs UASI — Kin Cosmetics (Keen)
(Kawża T-280/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Keen - Trade mark Komunitarja figurattiva KIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 194/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rita Ewald (Frauenwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kin Cosmetics, SA (Sant Feliu de Guixols, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1383/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kin Cosmetics, SA u Rita Ewald.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Rita Ewald hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 238, 13.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy