29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 — Canga Fano vs Il-Kunsill
(Kawża T-281/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni li l-appellant ma jiġix promoss fill-grad AD 13 - Paragun tal-merti - Stħarriġ mill-qorti tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 189/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Diego Canga Fano (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-24 ta’ Marzu 2011, Canga Fano vs Il-Kunsill (F-104/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
D. Canga Fano għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy