14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-287/11) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Natura selettiva - Natura u struttura tas-sistema fiskali”])
(2016/C 098/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heitkamp BauHolding GmbH (Herne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Niemann, M. Kiera-Nöllen u S. Geringhoff, sussegwentement W. Niemann, S. Geringhoff u P. Dodos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, T. Maxian Rusche u M. Adam, sussegwentement R. Lyal, T. Maxian Rusche u C. Egerer, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”) (ĠU L 235, p. 26).
Dispożittiv
1)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.
2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.
3)
Heitkamp BauHolding GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.
4)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 238, 13.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy