15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2013 — Kieffer Omnitec vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/11) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Manutenzjoni ta’ installazzjonijiet TVKA, sistema ta’ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph-Bech fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Proporzjonalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 171/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: A+P Kieffer Omnitec Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Delvaux, V. Bertrand u M. Devos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u S. Delaude, aġenti, assistiti minn V. Vanden Acker, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ April 2011, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-għoti ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni ta’ TVKA, sistema ta’ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph Bech fil-Lussemburgu (ĠU 2010/S 241-367523), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
A+P Kieffer Omnitec Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy