19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-289/11, T-290/11 u T-521/11) (1)
(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 304/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja); DB Mobility Logistics AG (Berlin); DB Energie GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja); DB Netz AG (Frankfurt am Main); DB Schenker Rail GmbH (Mainz, il-Ġermanja); DB Schenker Rail Deutschland AG (Mainz); Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) (Bodenheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, O. Mross u J. Brückner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari, N. von Lingen u R. Sauer, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment, fil-Kawżi T-289/11 u T-290/11, M. Muñoz Pérez, sussegwentement, fil-Kawżi T-289/11, T-290/11 u T-521/11, S. Centeno Huerta, abogados del Estado); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti); u L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżenanti: X. A. Lewis, M. Schneider u M. Moustakali, aġenti)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 1774, tal-14 ta’ Marzu 2011, C(2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C(2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011, li jordnaw spezzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-konfront ta’ Deutsche Bahn AG kif ukoll tas-sussidjarji kollha tagħha (Każijiet COMP/39.678 u COMP/39.731).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
(2)
Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG u Deutsche Umschlaggesellsschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) għandhom ibatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħhom.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy