5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-302/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))
2014/C 135/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, T. Holzmüller u P. Pichler, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2361 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
HeidelbergCement AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 238, 13.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy