15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Alumina vs Il-Kunsill
(Kawża T-304/11) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ trab zeolit A li joriġinaw mill - Bosnja-Ħerzegovina - Valur normali - Natura rappreżentattiva tal-bejgħ domestiku - Marġni ta’ profitt - Tranżazzjonijiet kummerċjali normali)
2013/C 171/51
Lingwa tal-ekawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alumina d.o.o. (Zvornik, il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u B. Servais, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u A. Polcyn, avukati)
Parti interjenventi in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 125, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina, huwa annullat sa fejn jikkonċerna Alumina d.o.o.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess,
(3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 226, 30.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy