11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — Heede vs UASI (Matrix-Energetics)
(Kawża T-313/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Matrix-Energetics - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Pubbliku rilevanti - Data tal-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 9/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Günter Heede (Walldorf-Baden, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Utz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2011 (Każ R 1848/2010-4), dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Matrix-Energetics bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Günter Heede huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy