25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Unión de Cervecerías Peruanas Backus y Johnston vs UASI (Forma ta’ flixkun)
(Kawża T-323/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali - Forma ta’ flixkun - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 258/35
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Unión de Cervecerías Peruanas Backus y Johnston SAA (Lima, Peru) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u C. Morán Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Marzu 2011 (Każ R 2238/2101-2), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ flixkun bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L-Unión de Cervecerías Peruanas Backus y Johnston SAA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy