9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Leifheit vs UASI (EcoPerfect)
(Kawża T-328/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EcoPerfect - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 165/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hasselblatt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K Klüpfel, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1658/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EcoPerfect bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Leifheit AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy