26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Besselink vs Il-Kunsill
(Kawża T-331/11) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja l-ftehim ta’ adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Aċċess parzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji - Inammissibbiltà)
2013/C 313/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Leonard Besselink (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Blockx u E. Raedts, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Fekete, P. Plaza García u J. Hermann, sussegwentement P. Plaza García, J. Herrmann u B. Driessen, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta’ April 2011, li tirrifjuta l-aċċess komplet għad-dokument Nru 9689/10, li tinkludi abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja l-ftehim ta’ adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta’ April 2011, li tirrifjuta l-aċċess komplet għad-dokument Nru 9689/10 hija annullata sa fejn din tiċħad l-aċċess għad-direttiva ta’ negozjati Nru 5 u għall-partijiet mhux żvelati tad-dokument mitlub, li jfakkru l-prinċipji stabbiliti mit-Trattat UE li għandhom jirregolaw in-negozjati intiżi għall-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, jew li jindikaw biss il-kwistjonijiet li għandhom ikunu indirizzati matul in-negozjati.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy