25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 — Italiana Calzature vs UASI — Vicini (Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN)
(Kawża T-336/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN - Trade marks nazzjonali figurattivi u Komunitarji verbali preċedenti ZANOTTI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 147/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Società Italiana Calzature SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vicini SpA (San Mauro Pascoli, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi u M. Giorgetti, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2011 (Każ R 634/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn is-Società Italiana Calzature SpA u Vicini SpA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Is-Società Italiana Calzature SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy