12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2012 — Getty Images vs UASI (PHOTOS.COM)
(Kawża T-338/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja verbali PHOTOS.COM - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 9/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Getty Images (US), Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: P.G. Olson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Appell kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1831/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PHOTOS.COM bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Getty Images (US), Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.8.2011.
Full & Egal Universal Law Academy