9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-343/11) (1)
(FAEGG - It-Taqsima tal-Garanzija - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Frott u ħxejjex - Esklużjoni mill-finanzjament tal-ispejjeż għall-istampar fuq l-imballaġġi - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi - Esklużjoni tal-ispejjeż tal-membri kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati - Proporzjonalità)
2013/C 325/53
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn C. Wissels, M. de Ree, B. Koopman u C. Schillemans, sussegwentement minn C. Wissels, M. de Ree u C. Schillemans, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn teskludi ċerti spejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy