29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 — Restion vs UASI (EQUIPMENT)
(Kawża T-356/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EQUIPMENT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 189/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christian Restion (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Alcaraz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 1430/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EQUIPMENT bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Christian Restoin huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy