16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-368/11) (1)
(REACH - Miżuri tranżitorji li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-akrillamid għall-applikazzjonijiet tal-mili tal-fili - Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 79/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group (Brussell, il-Belġju); SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza); u Travetanche Injection SPRL (Brussell) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. Noort u B. Koopman, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, li jemenda r Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), sa fejn jikkonċerna l-Anness XVII (akrillamid) (ĠU L 101, p. 12).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Producers Group, SNF SAS u Travetanche Injection SPRL għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-kawża prinċipali, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Travetanche Injection għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(4)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy