20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2013 — Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/11) (1)
(Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 - Punti ta’ riferiment li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità)
2013/C 114/54
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, B. Majczyna, C. Herma u M. Nowacki, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 290, 01.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy