26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Palirria Souliotis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-380/11) (1)
(Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-nomenklatura magħquda - Intestatura tariffarja - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)
2013/C 313/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon — Palirria Souliotis AE (Politika, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2011, tas- 6 ta’ Mejju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 122, p. 63).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon — Palirria Souliotis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy