3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/57
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-388/11) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Qasam postali - Finanzjament tal-ispejjeż addizzjonali ta’ salarji u tal-ispejjeż ta’ natura soċjali li jirrigwardaw parti mill-persunal ta’ Deutsche Post permezz ta’ sussidji u ta’ allokazzjoni ta’ dħul mir-remunerazzjoni tas-servizzi b’tariffi rregolati - Deċiżjoni li tiġi estiża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Deċiżjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna ġdida wara l-fażi ta’ investigazzjoni preliminari - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Konsegwenzi tal-annullament tad-deċiżjoni finali - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 187/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)
Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: UPS Europe SPRL/BVBA, li kienet UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju); u United Parcel Service Deutschland Sàrl & Co. OHG, li kienet UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Ottervanger u E. Henny, sussegwentement T. Ottervanger u fl-aħħar nett R. Wojtek, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3081 final tal-10 ta’ Mejju 2011, li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, f’dak li jirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post, li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2011, C 263, p. 4),
Dispożittiv
1)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.
2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 3081 final tal-10 ta’ Mejju 2011 li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, f’dak li jirrigwarda l-Għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post, hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti minn Deutsche Post AG.
4)
UPS Europe SPRL/BVBA u United Parcel Service Deutschland Sàrl & Co. OHG għandhom kull waħda minnhom tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy