25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Guccio Gucci vs UASI — Chang Qing Qing (GUDDY)
(Kawża T-389/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GUDDY - Trade mark Komunitarja verbali GUCCI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv ogħla tat-trade mark preċedenti minħabba l-għarfien li għandu l-pubbliku - Prova - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2012/C 258/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Chang Qing Qing (Firenze)
Suġġett
Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 143/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u Chang Qing Qing
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 143/2010-1) hija annullata, f’dak li jirrigwarda, minn naħa, il-prodotti fil-klassi 9 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-ħaġar u l-metalli prezzjużi, fil-klassi 14 ta’ dan il-ftehim.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy