29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 — Iran Transfo vs Il-Kunsill
(Kawża T-392/11) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-Iran sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 189/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Iran Transfo (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J. P. Hix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), peress li din id-deċiżjoni tikkonċerna r-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata, sa fejn din tikkonċerna Iran Transfo.
(2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/299, sa fejn din tikkonċerna Iran Transfo, għandhom jinżammu matul perijodu li ma jaqbiżx xahrejn u għaxart ijiem li jingħaddu mid-data li tiġi ppronunzjata din is-sentenza.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, barra mill-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Iran Transfo.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 290, 01.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy