3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/71
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2013 — ultra air vs UASI — Donaldson Filtration Deutschland (ultrafilter international)
(Kawża T-396/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali ultrafilter international - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Abbuż ta’ dritt)
2013/C 225/156
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ultra air GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Haan, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Siebertz u M. Teworte-Vey, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Mejju 2011 (Każ R 374/2010-4, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ultra air GmbH u Donaldson Filtration Deutschland GmbH
Dispożittiv
(1)
Id deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Mejju 2011 (Każ R 374/2010-4) hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ ultra air GmbH.
(3)
Donaldson Filtration Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 298, 8.10.2011
Full & Egal Universal Law Academy