22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2014 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-399/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa - Deċiżjoni li tikklassifika din l-iskema bħala għajnuna mill-Istat, li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Natura selettiva - Identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi vantaġġati mill-miżura - Assenza - Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE”))
(2014/C 462/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja); u Santusa Holding, SL (Boadilla del Monte, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1).
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja, huma annullati.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy